Seminar organizzat mill-Building Industry Consultative Council (BICC) dwar l-intoduzzjoni tal-iskill cards fl-industrija tal-bini

Seminar organizzat mill-Building Industry Consultative Council (BICC) dwar l-intoduzzjoni tal-iskill cards fl-industrija tal-bini li sar fid-9 ta’ Novembru 2015 ġewwa l-Awla Magna tal-Universita’ l-Qadima il-Belt Valletta.

Il-Kap Eżekkuttiv tal-BICC, l-Onorevoli Perit Charles  Buhagiar fetah is-seminar billi spjega li din l-inizzjattiva kienet imħabbra fil-bagit ta’ din is-sena u ta rendikont tal-ħidma li saret konġunta bejn il-BICC, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-MCAST, l-Awtorita’ tas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-post tax-xogħol (OHSA), il-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE), u l-ETC biex tiddaħħal is-sistema li kull impjegat fl-industrija tal-kostrużżjoni jkollu  Skill Card.   Hemm ‘il fuq minn 107 snajja u mat-12,000 ħaddiem.  L-Onorevoli  Buhagiar spjega li tħejjiet White Paper li ġiet approvata mill-Kabinett tal-Ministri u issa qegħda tiġi mressqa għall-konsultazzjoni pubblika.   Il-proposta hi li dawk kollha li ġa huma jaħdmu u iridu joqgħodu għall-assesjar tal-kompetenza f’dik is-sengħa li qed japplikaw għaliha, kif ukoll jattendu kors dwar għarfien bażiku dwar is-saħħa u s-Sigurta’ fuq il-lant tax-xogħol.   Sa jkun hemm korsijiet organizzati mill-BICC biex il-ħaddiema, Inkluzi l-profesjonisti jkunu jistgħu jattendu.   Dawn il-korsijiet jistgħu jkunu mingħajr ħlas jekk jinġiebu fondi għalihom mill-Ewropa.   Skill Cards sa jkollhom validita’ ta’ ħames snin.   ‘Il-quddiem offerti għal proġetti tal-gvern sa jkun meħtieġ illi l-impjegati jkunu jridu jkunu reġistrati bl-iskill Card.   Il-Kap Ezekkuttiv spjega wkoll li sa jkun hemm ħames tipi ta’ Skill Cards: dawk għall apprentisti, ħaddiema b’livell bażiku ta’ ħilijiet (operatives), dawk il-ħaddiema li jkollhom esperjenza ta’ xogħol.   Ħaddiema li jkollhom ħiliet li ġew akkwistati billi attendew xi istizuzzjoni edukkattiva u jkollhom livell ta’ craftsmen’ u fl’livell aktar għoli ta’ technicians.   Sa jkun hemm Professional Card għal dawl li huma professjonisti ukoll.   L-iskill cards sa jkollhom ħames livelli li jkunu affiljati mal-Malta Qualifications Framework (MQF).   Dawn l-iskill cards għandhom l-għan li jagħtu rikonoxximent tal-ħiliet li għandhom il-ħaddiema.
Is-Seminar ġie indiriżżat ukoll mis-Sinjura Nadett Azzopardi li hija il-Koordinatriċi tal-proġett u li  ħejjiet il-White Paper li ġiet approvata mill-Kabinett tal-Ministri u issa qegħdha fi stat ta’ konsultażżjoni mill-pubbliku u mal-għaqdiet privati u pubbliċi.   Din il-konsultażżjoni tgħalaq fl-20 ta’ Novembru 2015.   Is-Sinjura Azzopardi spjegat ukoll kif sa tkun taħdem din l-iskill card.   Il- Building Regulation Office (BRO) sa jkun l-infurzar għas-sistema.   Is-Sinjura Azzopardi spjegat kif sa tkun taħdem is-sistema u kif tingħata l-iskill card f’ħames livelli.   I-iskill cards sa jkollhom kulur differenti għal kull livel.
Tkellmet ukoll is-Sinjura Edel Cassar mill-NCFHE u spjegat kif l-iskill cards sa jkollhom livell ta’ edukazzjoni minn livell 1 sa livell 5.   Sa jkun hemm assessjar tal-kompetenza fis-sengħa ta’ kull individwu u l-assessjar sa jkun imexxi minn Sectorial Skills Competence Board fi ħdan l-NCFHE. 
Tkellem ukoll is-Sur Gordon Kennet Jenkins li huwa id-Director Operations tal-iskema tal-Construction Skill Cards Scheme (CSCS) ta’ l-Ingilterra,  li nġieb apposta mill-Ingilterra biex qasam l-esperjenza vasta li għandu ma dawk preżenti.   Is-Sur Jenkins ikollu kuntatti mal-istakeholders tas-settur tal-kostruzzjoni li jinklud rapreżentanti tal-ħaddiema, ta’ min iħaddem, u federeazzjonijiet.   Is-CSCS għandha maż-żewġ milljun ħaddiem u professjonisti fl-iskema tal-iskill cards u allura toħroġ mat-30,000 card fix-xahar.
Fl-aħħar għalqet is-seminar l-Onorevoli Ministu Dr. Helena Dalli, il-Ministru responsabbli tad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Drittijiet Ċivili li l-BICC jaqa fid-dikasteru tagħħa.   Hija seħqet li l-iskill card għandha tgħamel qabża fil-kwalita’ tax-xogħol għax tkun qed tagħti rikonoxximent lill-ħaddiem għal għarfien tas-sengħa tiegħu.   Din għandha wkoll tigħn lill-konsumatur għax b’hekk ikollu s-serħan tal-moħħ li min qiegħed jagħmel ix-xogħol ikun ikkwolifikat f’dak li jkun qed jaħdem.   Il-kors fuq is-saħħa u sigurta fuq il-lant tax-xogħol għandu jwassal li jnaqqas l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u awgurat success lil din l-iniżjattiva.
Għal dan is-seminar kien hemm attendenza sabieħa u rapreżentanti tal-istakeholders tal-BICC, fosthom mill-Kamra tal-Periti, mill-Kamra tal-Inġiniera, mill-Malta Developers Associatiom, mill-GRTU, mill-OHSA u mill-Building Regulations Office.   Kien hemm ukoll rappreżentanti mill-Building Regulations Board (BRB) kif ukoll nies tas-sengħa li jaħdmu fis-settur.