Restoration with Steel

Konferenza dwar ir-restawr u l-użu tal-ħadid
Il-Ħamis 6 ta’ Novembru il-Building Industry Consulative Council (BICC) flimkien mal-Kamra tal-Periti (KTP) organizzaw konferenza dwar l-użu tal-ħadid fix-xogħol tar-restawr. Għal din il-konferenza inġieb Malta espert Taljan li jispeċċjalizza f’dan it-tip ta’ restawr.
Professore Massimo Mariani indirizza din il-konferenza li saret fl-Istituto Italiano di Cultura l-Belt Valletta. Profs Mariani ta rappreżentazzjoni tax-xogħlijiet tiegħu u t-tipi diversi ta’ ħadid u ċinturini li huwa juża sabiex isalva l-binjiet  ta’ bliet u rħula fl-Italja. Fost il-ħafna restawr li Mariani wettaq insibu xogħlijiet u diversi restawr u konservazzjoni fl-Aquila wara li dan ir-reġjun kien intlaqat minn terremot u li kien ħalla ħerba sħiħa.
Indirizzaw ukoll il-konferenza il-president tal-KTP il-Perit Stephen Farrugia u ċ-Chairman Eżekuttiv tal-BICC il-Perit Charles Buhagiar u l-kordinatur tal-konferenza il-Perit Ruben Paul Borg. Fil-futur qarib il-BICC ser tkun qiegħda tippublika ktieb dwar din il-konferenza.

(photo) Prof. Massimo Mariani the main speaker.