Protezzjoni għal-ħaddiema tal-kostruzzjoni

Sfortunatament ta’ sikwit nisimgħu b’ħafna każijiet fejn ħaddiema jweġġgħu waqt il-ħidma tagħhom fuq il-post tax-xogħol. L-aktar sinonimu ma’ dawn l-inċidenti huma l-ħaddiema tal-industrija tal-kostruzzjoni. Hija aħbar kerha meta tisma li pesuna marret sabiex taqla l-għajxien tagħha u korriet jew f’ċerta każi tilfet ħajjitha. Iżda wieħed jistaqsi x’inhu jiġri eżatt jew x’jista jsir sabiex il-ħaddiema jkunu koperti milli jweġġgħu?

 
Dawn l-inċidenti jtebbgħu din is-sengħa li kull ma jmur dejjem qiegħda tnaqqas milli tattira nies lejha. Il-maggoranza li jagħżlu din is-sengħa huma dawk li ma jkomplux bl-istudji tagħhom għalhekk ma jkollhomx għażla oħra mingħajr ma jridu jagħżlu l-bini u l-kostruzzjoni. Waħda mill-irwoli li għandu l-Kunsill  Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini (BICC) huwa li jkabbar l-għarfien lil dawn l-impjegati kemm biex ma’ jkorrux kif ukoll sabiex jattira aktar ħaddiema lejn din is-sena. L-BICC flimkien ma’ entitajiet oħra governattivi bħal ma’ huma l-ETC, l-MCAST u l-OHSA qegħdin jaħdmu sabiex f’Malta l-ħaddiema ta’ din l-industrija jiġu protetti u mħarssa kif xieraq. L-BICC u l-OHSA fasslu pjan serju fejn dawn il-ħaddiema jkunu imħarsa sew u mgħallma sabiex il-korrimenti jonqsu. Dan se jkun qiegħed isir permezz ta’ taħriġ bażiku  fejn kull ħaddiem jigi magħllem sew u wara jsegwi r-regolamenti sabiex ma jkorrix. Fiż-żminijiet tal-llum jeżisti makkainarju u tagħmir speċjalizzat li bih il-ħaddiema jkunu aktar koperti. Permezz ta’ dan it-taħriġ interessanti kull ħaddiem se jkabbar l-għarfien tiegħu aktar u jkun jaf sew it-tagħmir bażiku li jrid juża u jutilizza sabiex jaħdem b’moħħu mistrieħ u jevita inċidenti li f’ċerta każi jistgħu jkunu serji.
 
Il-BICC flimkien mal-ETC u l-MCAST qegħdin iħejju pjan ieħor sabiex aktar żagħżagħ jersqu lejn din l-industrija. Dan qegħdin jagħmluh sabiex il-ħaddiema jkunu rikonoxxuti għax-xogħol li huma jaħdmu fih. Ta’ min jinnota li l-uniċi snajjiet ċertifikati f’din l-industrija huma dawk ta’ benneja u electricians, snajjiet oħra m’humiex iċċertifikati  bħal dawk li jwaħħlu l-madum, kaħħala, plumbers u aktar. Fejn jidħlu studenti huma ftit li joħrorġu ċċertifikati minn xi istituzzjoni bħal ma hi l-MCAST, għalhekk ħafna mill-ħaddiema tal-kostruzzjoni ġabu l-ħiliet tagħhom bl-esperjenza. Għal kuntrarju tal ftit li huma ċċertifikati dawn il-ħaddiema m’għandhomx provi x’juru l kapacitajiet taghhom għajr ix-xogħol li kisbu bl-esperjenza. Bil-pjan il-ġdid li qiegħed jitfassal se jkun qiegħed jiċċertifika lil kull ħaddiem. Dawk l-istudenti li jtemmu l-istudji tagħhom se jkunu rikonoxxuti mall-ewwel filwaqt ta’ dawk li huma l-ħaddiema permezz tal-esperjenza se jiġu rikonoxxuti wkoll wara li jsit taħriġ bażiku. Bis-sistema l-ġdida li ser tkun varata lejn l-aħħar ta’ din is-sena kull ħaddiem se jkollu l-hekk imsejjħa skill card.
 
Din ser isservi bħala liċenzja awtorizzata fejn ser tkun qiegħda tagħraf lil kull ħaddiem fis-snajjiet li dan jippratika. Is-sistema tal-iskill cards se tkun sempliċi iżda fl-istess waqt sigura  u li mingħajr l-iskill card ma’ tkunx tista taħdem. Kull ħaddiem fil-kostruzzjoni jrid japplika mal-BICC, wara jiġi ċ-ċertifikat fil-ħiliet tiegħu mill-entitajiet imsemmija u wara tinħareġ din l-iskill card.
 
Għal-bidu se jkunu erbgħa l-ħiliet li ser jiġu ċċertifikati iżda matul iż-żmien kull ħaddiem se jkollu din l-iskill card.
Bħalissa qiegħda tiġi diskussa white paper li l-BICC bl-għajnuna tal-MCAST, NCFHE, ETC,OHSA u diversi stakeholders ohra involuti preżenta lil Prim Ministru, lil Minsteru tal-Edukazzjoni, lil Ministru għad-Djalogu Soċjali u Affarijiet tal-Konsumatur u lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsill Lokali u l-Ministru Responsabbli mill-Infrastruttura.