Maintenance of old houses

Jintemm il-kors ta’ taħriġ mill-BICC

Matul ix-xhur ta’ April u Mejju il-BICC nediet kors ta’ taħriġ dwar kif wieħed għandu jieħu ħsieb id-djar qodma u ta’ karattru li nsibu f’Malta. Għal dan il-kors il-BICC kienet qiegħda tistenna mal-40 student iżda attendew mal-50 student. Fosthom sidien ta’ djar qodma, oħrajn imħajjra li jixtru dar qadima, studenti li qegħdin isegwu kors for-restawr kif ukoll persuni li jinteresshom is-suġett.
L-istudenti b’dan il-kors ta’ taħriġ kabbru l-għarfien tagħhom kif ukoll tagħllmu li jekk tagħmel xogħol mhux siewi f’dawn id-djar tkun qiegħed tagħmel aktar ħsara milli ġid. Matul il-kors kollu ġew diskussi diversi suġetti li jvarjaw minn permessi, restawr fuq il-ġebel, restawr fuq il-ħadid u l-injam. X’tip ta’ pjanti u siġar għandek tħawwel fil-btieħi u bjut u x’għandek tagħmel fejn tidħol saħħa u sigurta.
Matul din il-ġimgħa l-istudenti irċivew ċ-ċertifikat ta’ attendenza tat-tmien il-kors waqt attivita li għalija attenda u qassam iċ-ċertifikati il-ministru tal-Kultura, Gvern Lokali u Ġustizzja l-Onorevoli Owen Bonnici. Il-ministru rringrazzja lil dawk kollha li attendew u waqt il-kelmtejn tiegħu saħaq kemm huwa importanti li nżommu f’kundizzjoni tajba dawn id-djar daqshekk antiki fejn enfsaizza li dawn huma l-patrimonju ta’ pajjiżna.
Għal din l-okkażjoni kien hemm ukoll iċ-chairman eżekuttiv tal-BICC l-Onorevoli Perit Charles Buhagiar li ukoll irringrazzja lill-għalliema u dawk li temmew dawn il-korsijiet u qal li kors ta’ taħriġ ieħor dwar il-manutenzzjoni tad-djar se jsiru matul Ottubru li ġej.