Il-BICC bl-ewwel laqgħa tiegħu mal-Prim Ministru

Reference Number:  , Press Release Issue Date: Apr 18, 2016
 
Fil-ġranet li għaddew il-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini (BICC)  kellu  laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat, Din hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha li qatt sarethekk kif sa mit-twaqqif tal-BICC fl-1997, l-ebda Prim Ministru qatt ma ltaqa’ mal-BICC.
F’din il-laqgħa, iċ-chairman eżekuttiv spjega l-inizjattivi li l-BICC mexxa f’dawn l-aħħar tliet snin. Fosthom dawk tal-iskill cards fl-industrija tal-kostruzzjoni, il-property price index li l-BICC qiegħed jaħdem dwarha f’kollaborazzjoni mal-bank ċentrali u inizjattivi dwar użu tal-enerġija b’mod effiċjenti fil-bini.
Il-Prim Ministru fehem ix-xogħol siewi li l-BICC qiegħed  jagħmel u appella sabiex tkompli taħdemgħal aktar ħidma sabiex is-settur tal-kostruzzjoni jkompli jissaħħaħ f’pajjiżna.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm is-Segretarju Permanenti Prinċipali s-Sur Mario Cutajar, ic-Chairman Eżekuttiv il-Perit Charles Buhagiar, diversi uffiċċjali tal-BICC kif ukoll membri tal-BICC Advisory Board.