Parti mid-diskors tal-Baġit 2016

“Proprjetà kummerċjali abbandunata - Il-Gvern jixtieq jgħolli l-livell tal-ambjent li ngħixu fih, u l-proprjetà abbandunata hija fattur li jkerrah il-lokalitajiet tagħna. Se nibdew minn bini kummerċjali – bħal showrooms – li jkun tħalla mitluq u miftuħ u, f’ċerti każijiet, ikun perikoluż u faċilment jista’ jweġġa’ xi ħadd fih , minbarra li jkun ikerrah l-ambjent. Għal dan il-għan, il-Gvern se jniedi proċess ta' konsultazzjoni biex jiġi mfassal pjan sabiex jiġi stabbilit obbligu fil-liġi li proprjetà kummerċjali tinżamm fi stat tajjeb, u liema sanzjonijiet jistgħu jittieħdu jekk dan ma jsirx.”

 
 
Is-sotto kumitat tal-BICC dwar ir-Riġenerazzjoni tal-Propjeta’ iltaqgħa il-Ħamis, is-sebgħa ta’ Jannar 2016 u beda jiddiskuti proposti dwar il-Propjeta kummerċjali abbandunata kif mitlub mil-Ministru tal-Finanzi fid-diskors tal-baġit għal din is-sena.   F’din il-laqgħa ġie propost li meta titlesta d-diskussjoni, il-BICC joħroġ dokument u jorganizza laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku ħalli wara jitressqu l-proposti lill-Gvern hekk kif inhu mistenni mill-baġit ta’ din is-sena.